• Home
  • Artikli
  • Articles
  • Proposti
  • Proposals
  • Dati ta' Moniteraġġ
  • Ikkuntattjana
  • More
    • Home
    • Artikli
    • Articles
    • Proposti
    • Proposals
    • Dati ta' Moniteraġġ
    • Ikkuntattjana
  • Home
  • Artikli
  • Articles
  • Proposti
  • Proposals
  • Dati ta' Moniteraġġ
  • Ikkuntattjana

Mill-Pjazza ta' Birżebbuġa

Mill-Pjazza ta' BirżebbuġaMill-Pjazza ta' BirżebbuġaMill-Pjazza ta' Birżebbuġa

Għaliex qed nagħmlu Manifest Elettorali?

Bħala grupp ta' kandidati nemmnu li min ser jivvutawlna għandu ikun jaf għaliex ser nistinkaw fis-snin li ġejjin u dak li nemmnu li ser jagħmel ir-raħal tagħna aħjar. Aħna nikommettu ruħna li ser ikunu qed naħdmu biex kull waħda minn dawn il-proposti isseħħ bl-akbar konsultazzjoni wiesgħa maċ-ċittadini ta' Birżebbuġa.

Kif wasalna għal dawn il-Proposti?

Dawn il-proposti kollha issibu l-bidu tagħhom minn numru kbir ta' diskussjonijiet man-nies waqt laqgħat fid-djar tagħkom, fejn smajna dak li sejjer tajjeb u dak li inthom taħsbu li jista' issir aħjar. Minn dan komplejna biex studjanhihom biex naraw li huma fattibli u għaqdnihom f'dawn il-ħmistax il-proposta li jkopru fost l-oħrajn l-infrasstrutura, l-ambjent u kif għandu jitmexxa Kunsill Lokali għan-nies.

Ħmistax il-Proposta għal Birżebbuġa

Inħaddru Raħalna

Spazji tal-logħob u interazzjoni għat-tfal

Spazji tal-logħob u interazzjoni għat-tfal

Bl-involviment sħiħ tar-residenti u f’kollaborazzjoni mal-Awtoritajiet kompetenti jinħoloq network ta’ toroq imħaddra li jwasslu minn u lejn inħawi differenti ta’ Birżebbuġa, spazji miftuħa u l-ambjenti naturali, kemm widien kif ukoll xtajtiet, li jdawru u jsebbħu r-raħal tagħna, permezz ta’ proġetti żgħar ta’ tħaddir f’toroq u rkejjen differenti ta’ Birżebbuġa u tisbieħ u ħolqien ta’ spazji miftuħa.

Dan għandu jwassalna sabiex Birżebbuġa u l-istorja millenarja tagħha jkunu dejjem iktar integrati u impoġġija fuq quddiem fil-prodott turistiku Malti.

Spazji tal-logħob u interazzjoni għat-tfal

Spazji tal-logħob u interazzjoni għat-tfal

Spazji tal-logħob u interazzjoni għat-tfal

Nagħmlu pressjoni fuq l-awtoritajiet u naraw li l-proċess biex il-playing field ta’ ħdejn l-iskola primarja jiġi rranġat u jingħata lura lir-residenti. Bħala parti mill-proġett Inħaddru Raħalna: The Green Trail, il-Kunsill Lokali għandu joħloq playing field f’din l-erja u ġnien li jlaqqa’ residenti ta’ kull età fejn jilagħbu, jistrieħu u jitkellmu.

Wara li ġie mmodernizzat il-playing field tal-Bajja s-Sabiħa, l-apparat installat ma jolqotx l-etajiet u l-abbiltajiet kollha; dan l-ispazju għandu jitkabbar u jiġi installat b’apparat li jippromwovi l-iżvilupp sħiħ tat-tfal, inkluż l-inklużjoni. 

Ġnien ta’ ħdejn il-Kappella ta’ San Ġorġ

Spazji tal-logħob u interazzjoni għat-tfal

Ġnien ta’ ħdejn il-Kappella ta’ San Ġorġ

Dan il-ġnien għandu jkun ħolqa oħra fin-network Inħaddru Raħalna: The Green Trail fejn għandu jsir proġett biex dan is-sit f’post hekk sabiħ jiġi rranġat b’mod li jikkumplimenta s-siti storiċi u l-arkitettura unika biswitu u jkun post ta’ mistrieħ anke għal dawk li jkunu qed iterrqu matul il-Green Trail.

Ambjent

Night Shelter għall-anzjani tar-raħal tagħna

Ġnien ta’ ħdejn il-Kappella ta’ San Ġorġ

B’involviment sħiħ tar-residenti, tan-negozji u tal-intrapriżi, bil-kollaborazzjoni mal-entitajiet responsabbli, u permezz ta’ fondi Ewropej inniedu sistema fejn wara li jiġu ssetjati numru ta’ miri ambjentali bħal fil-ħoss, tniġġiż fl-arja u fil-baħar, konservazzjoni tal-ilma, fit-traffiku u fl-iżvilupp sostenibbli, u permezz ta’ teknologija moderna, jittieħed il-kejl sabiex jittieħdu l-azzjonijiet kemm fil-ħajja tagħna ta’ kuljum kif ukoll fit-tul biex Birżebbuġa tkun il-lokalità fuq quddiem nett fil-miri ambjentali. 

Night Shelter għall-anzjani tar-raħal tagħna

Night Shelter għall-anzjani tar-raħal tagħna

Night Shelter għall-anzjani tar-raħal tagħna

Sabiex ninkoraġixxu li l-anzjani jibqgħu jgħixu fil-kommunità, naħdmu biex jinstab sit u jinbeda proġett mal-awtoritajiet konċernati biex isir night shelter f’Birżebbuġa. Dan iċ-ċentru għandu jservi ukoll bħala ċentru miftuħ għall-anzjani għal matul il-ġurnata. 

Saħħa

Night Shelter għall-anzjani tar-raħal tagħna

Night Shelter għall-anzjani tar-raħal tagħna

Wara li nassiguraw illi fil-klinika l-ġdida jiġu offruti s-servizzi bażiċi, naraw illi dawn is-servizzi jiġu estiżi sabiex jinkludu ukoll programmi ta' edukazzjoni u prevenzjoni fil-kura personali u fis-saħħa fiżika u mentali.

Infrastruttura

Parkeġġ Riżervat għal min joqgħod Birżebbuġa

Parkeġġ Riżervat għal min joqgħod Birżebbuġa

L-entraturi prinċipali tal-lokalità għandhom jiġu mtejba wara studju u disinn sabiex dawn ikunu aktar effiċjenti u siguri. 

Dan jinkludi l-ħruġ minn Triq tal-Papa għat-triq li tagħtigħal Freeport fejn rajna numru ta' inċidenti fl-aħħar snin.

Parkeġġ Riżervat għal min joqgħod Birżebbuġa

Parkeġġ Riżervat għal min joqgħod Birżebbuġa

Parkeġġ Riżervat għal min joqgħod Birżebbuġa

Sabiex tittaffa’ l-problema ta’ parkeġġ li dejjem tikber fil-lokalità tagħna, speċjalment fis-sajf, apparti s-sit deżinjat fil-parkeġġ il-ġdid, għandu jinħoloq parkeġġ ġdid bħala parti minn kwalukwe proġett fl-eks-impjant tal-gass deżinjat għall-karozzi fis-sajf.

Ukoll, l-ewwel erba’ postijiet ta’ parkeġġ ta’ kull triq li twassal lejn il-baħar, għandhom ikunu deżinjata għar-residenti ta’ Birżebbuġa. 

Bus Shelters

Parkeġġ Riżervat għal min joqgħod Birżebbuġa

Bus Shelters

Hawn bżonn ta’ numru ta’ bus shelters l-aktar fil-Qajjenza u Tal-Papa. Dawn il-bus shelters għandhom jikkumplimentaw il-bidla meħtieġa fir-rotot u fil-frekwenza tas-servizz pubbliku. Dan kollu għandu jsir wara konsultazzjoni sħiħa mar-residenti tal-inħawi. 

Żvilupp

Komunikazzjoni aħjar

Bus Shelters

Inkunu vuċi għar-residenti u ssir kull pressjoni possibli sabiex kull fejn hemm art pubblika, inklużi l-eks-impjant tal-gass u l-installazzjoni tal-31 ta’ Marzu jiġu integrati mal-proġett Inħaddru Raħalna: The Green Trail u li l-iżvilupp fihom ikun limitat biss għal dan il-għan u għanijiet soċjali u ċiviċi u bl-ebda mod ma jiġu kummerċjalizzati.

Komunikazzjoni aħjar

Komunikazzjoni aħjar

Komunikazzjoni aħjar

Sabiex titjieb il-governanza u jiżdiedu t-trasparenza u l-akkontabilità, il-Kunsill Lokali jrid jara illi r-residenti ikunu mhux biss ikkonsultati u infurmati kontinwament u bil-mezzi kollha li jilħquhom imma wkoll involuti b’mod sħiħ fid-deċiżjonijiet li jolqtu lilhom. Dan irid isir b’mezzi differenti li jilħqu nies differenti u li tiġi ppjanata skeda ta’ konsultazzjoni skont il-kwistjonijiet li jkunu qed jiġu indirizzati. 

Diġitalizzazzjoni

Komunikazzjoni aħjar

Komunikazzjoni aħjar

Nibdew proċess biex numru ta’ servizzi offruti mill-Kunsill Lokali bħal ma huma rapporti ta’ qtugħ ta’ bozoz tat-toroq u bulky refuse jitħaddmu mill-mobile. 

Rappreżentazzjoni taż-żoni fil-Kunsill Lokali

Għajnuna professjonali għall-għaqdiet f’Birżebbuġa

Għajnuna professjonali għall-għaqdiet f’Birżebbuġa

Niżguraw li kull parti tal-lokalità  tagħna jkollha rappreżentanza ġusta fil-ħidma tal-Kunsill biex b’hekk naraw li kull żona jkollha leħen fid-deċiżjonijiet u li l-Kunsill jagħraf il-problemi ta’ dawn l-inħawi kollha. 

Għajnuna professjonali għall-għaqdiet f’Birżebbuġa

Għajnuna professjonali għall-għaqdiet f’Birżebbuġa

Għajnuna professjonali għall-għaqdiet f’Birżebbuġa

Ngħinu lill-għaqdiet kollha ta’ Birżebbuġa billi niżguraw li jkollhom aċċess għal pool ta’ professjonisti li joffru kull għajnuna li l-organizzazzjonijiet volontarji jista’ jkollhom bżonn biex iwettqu l-għanijiet tagħhom, inkluż f’applikazzjonijiet ta’ skemi u għal fondi Ewropej. 

Skola Sportiva għas-Sajf

Għajnuna professjonali għall-għaqdiet f’Birżebbuġa

Skola Sportiva għas-Sajf

Naħdmu ma’ għaqdiet sportivi lokali biex titwaqqaf skola sportiva għat-tfal ta’ Birżebbuġa għal żmien is-sajf bejn l-għaqdiet sportivi ta’ Birżebbuġa kkoordinata mill-Kunsill Lokali b’mod li tagħti togħma ta’ sport differenti li t-tfal jistgħu jipprattikaw ġewwa Birżebbuġa stess. 

Trid tkun taf iktar?

Bħala kandidati dejjem lesti nitkellmu biex nispjegaw il-proposti tagħna u nipprivaw li dak nagħmlu ikun ta' ġid għal l-akbar numbru ta' residenti. Jekk tixtieq titkellem magħna uża id-dettalji fuq dan is-sit.

Ikkuntattjana

Copyright © 2023 Mill-Pjazza ta' Birżebbuġa - All Rights Reserved

Karel Zahra kandidat ġdid għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali fl-elezzjonijiet tal-2024

  • Privacy Policy

This website uses cookies.

We use cookies to analyze website traffic and optimize your website experience. By accepting our use of cookies, your data will be aggregated with all other user data.

DeclineAccept